F'dawn l-ahhar granet hsibt hafna dwar kif nista nkompli nghin lil Partit. Il-fatt li ġejt elett minn żewġ distretti kien sinjal tal-fiduċja kbira tan-nies fija.

Jien lest nirrikambja din il-fiduċja u nibni fuq l-esperjenza li akkumulajt fil-ħidma Parlamentari billi nikkontesta għall-kariga ta’ Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament.

Grazzi minn qalbi.


David Agius



Aktar ħidma B'Lealta .. Dejjem għas servizz tieghek

David Agius is a member of the Maltese Parliament and the Opposition's Whip.
Shadow Minister for Citizens' Rights, Social Dialogue, Equality, NGOs, Consumer Protection, Youth & Sports.

www.forzanazzjonali.com


Mozzjoni u emenda Kostituzzjonali biex iż-żgħażagħ ta’ 16-il sena jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali

F’isem il-Partit Nazzjonalista, l-Whip tal-Grupp Parlamentari u Kelliem għall-Gvern Lokali, ż-Żgħażagħ u l-Isport David Agius, flimkien mad-Deputat Marlene Farrugia, dalgħodu ppreżentaw mozzjoni Parlamentari u emenda għall-Kostituzzjoni ta’ Malta, biex, b’mod immedjat, iż-żgħażagħ li jkollhom 16-il sena jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali.

Dan il-pass huwa wieħed bla preċedent u qed isir mill-Oppożizzjoni, wara d-dikjarazzjoni ċara tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li nhar it-Tlieta li għadda, waqt il-Mass Meeting tal-Indipendenza, qal li se jkun qed jara li żgħażagħ ta’ 16-il sena jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali.

Fil-kummenti tiegħu lill-media, David Agius sostna li hu l-Partit Nazzjonalista li verament jemmen fiż-żgħażagħ, mhux biss bid-diskors iżda b’azzjonijiet konkreti.

“Minn naħa l-oħra, għandna Partit Laburista li, bil-provi, ma jemminx u ma jridx liż-żgħażagħ ikollom id-dritt li jsemmgħu leħinhom,” qal David Agius. Hu qal li l-ewwel, minkejja li kif kien obbligat li jagħmel, ta l-vot liż-żgħażagħ ta’ 16-il sena għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, spiċċa biex ħassar l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tas-sena d-dieħla u allura, dawn iż-żgħażagħ mhux se jkollhom iċ-ċans li jivvutaw.

“Issa, kien biss wara d-dikjarazzjoni ċara tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li lbieraħ filgħaxija, meta Muscat sar jaf li se titressaq din il-mozzjoni, b’paniku kbir, il-Gvern beda jgħid - lill-media tiegħu, jiġifieri TVM, ONE u l-Orizzont, li fil-budget li ġej - jiġifieri x-xahar id-dieħel - se jkun qed jikkonsidra li jagħmel studju dwar din il-possibilità. Dan filwaqt li ġab skuża li ma għandux il-mandat elettorali biex idaħħal dan id-dritt,” qal David Agius.

David Agius fakkar li hemm ħafna affarijiet li l-Partit Laburista ma kellux il-mandat li jagħmilhom, fosthom il-bejgħ taċ-ċittadinanza, li l-ogħla uffiċjali ta’ Kastilja jiftħu kumpaniji sigrieti fil-Panama, li jħammeġ isem pajjiżna mad-dinja kollha fost l-oħrajn.

David Agius temm jgħid li filwaqt li Joseph Muscat jiġi jaqa’ u jqum miż-żgħażagħ, għax moħħu biss fil-kumpaniji sigrieti fil-Panama, Simon Busuttil, bl-azzjoni, qed juri li għandu fiduċja assoluta fiż-żgħażagħ tant li qed jagħtihom id-dritt li jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

26.09.16


www.forzanazzjonali.com


PN pledges cycling, jogging tracks for Ta’ Qali

PN pledges to install walking/jogging track and a cycling track at Ta' Qali in an attempt to foster a 'sports culture' in Malta

The Nationalist Party has pledged to install a 2.5km walking/jogging track and a cycling track at Ta’ Qali if elected to government.

Opposition whip and sports spokesperson David Agius said that the PN plans to invest in Ta’ Qali and improve it as a sports and a leisure village which will include the two tracks.

He also said that the PN will commit funds for a major programme in sports infrastructure to send a clear message to the public that switching to a healthy lifestyle is easy and accessible.

“The ultimate objective would be to create a proper sports culture in our society, and a future PN government would work closely with the Malta Olympic Committee and sports associations in this direction,” he said.

Such proposals will be included in national sports policy document that the PN will launched in the near future.

Source : Maltatoday


www.forzanazzjonali.com


Il-Partit Laburista issa jiċċensura l-artikli fil-fuljetti tal-Kunsilli

Il-Partit Laburista qed jikser l-aktar dritt fundamentali f’soċjetà libera, dak tal-kelma ħielsa, u jerġa’ jdaħħal iċ-ċensura kif ried jagħmel bl-emendi antiliberali għal-liġi tal-istampa

Il-maġġoranza Laburista fil-Kunsill Lokali tal-Imqabba qed tiċċensura artiklu ta’ Kunsillier Nazzjonalista fil-fuljett tal-Kunsill u ddeċidiet li ma tippubblikahx. L-artiklu tal-Kunsillier Nazzjonalista Michel Farrugia jikkritika – kif inhu d-dritt tiegħu – lill-Gvern Laburista li ħassar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’nofs Malta u Għawdex, fosthom fl-Imqabba.

Is-Sindku Laburista Charlene Zammit ġabet din iċ-ċensura għall-vot u magħha vvutaw iż-żewġ Kunsillieri Laburisti Grace Marie Mallia u Anita Farrugia. Il-Kunsillieri Nazzjonalisti Michel Farrugia u Paul Spiteri vvutaw favur id-dritt fundamentali tal-libertà tal-kelma.

Il-fuljetti tal-Kunsilli Lokali huma mħallsin minn flus il-poplu u mhumiex xi proprjetà privata tal-Partit Laburista. Madankollu, il-maġġoranza Laburista fil-Kunsill tal-Imqabba, b’mod antidemokratiku u antiliberali, qed tippretendi li l-fuljett tal-Kunsill sar tal-Partit Laburista biex jiddeċiedi x’jiktbu l-Kunsillieri Nazzjonalisti.

F’kummenti ma’ netnews.com.mt, il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Kunsilli Lokali David Agius qal li d-dritt tal-kelma ħielsa hu dritt mill-aktar fundamentali ta’ kulħadd. L-artiklu in kwistjoni hu dwar l-essenzjali tal-Kunsill: id-demokrazija u l-leġittimità li għandu bżonn bil-vot tar-residenti li ġew imċaħħdin minnhom mill-Gvern Laburista.

Il-Partit Laburista, wara li ried jagħmel emendi antiliberali għal-liġi tal-istampa u qed jabbuża bil-kbir minn flus il-poplu fi propoganda għalih innifsu, issa qed iġib ruħu bi ksur tad-demorkazija, tal-libertà tal-kelma u tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, temm jgħid David Agius.

Source : Net News


www.forzanazzjonali.com


Każ Droga Għawdex: “L-ebda MP ma ċaħad li ndaħal”

Il-Whip Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista David Agius saħaq li l-ebda deputat parlamentari ma qal li ma kienx wieħed minn dawk involuti fl-indħil politiku fil-każ ta’ traffikar ta’ droga f’Għawdex.

Il-każ ġie żvelat mill-gazzetta Malta Today nhar il-Ħadd li għadda, li rrappurtat li fis-sajf tal-2014, żewġ Għawdxin kienu ġew arrestati fuq traffikar tad-droga u wara allegat interventi minn uffiċjali politiċi f’kariga għolja, tneħħa r-rapport li fih ammettew l-akkużi.

Dwar il-każ, il-Gvern ħatar inkjesta biex ikunu stabbiliti l-fatti.

Fil-Parlament, David Agius qal li f’daqqa waħda, minflok bi traffikar tad-droga, il-persuna li tressqet il-Qorti ġiet akkużata b’pussess tad-droga.

Staqsa kif il-Prim Ministru jgħid li ma jindaħalx lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar l-investigazzjoni tal-każi, u f’dan il-każ ikun il-Prim Ministru nnifsu li jitlob l-inkjesta.

David Agius irrimarka wkoll li ma ngħatatx data meta se tispiċċa l-inkjesta.

Illum, il-Partit Nazzjonalista qal li l-għażla ta’ Frank Testa biex imexxi l-inkjesta, hi konferma li l-Prim Ministru qed jiddefendi lil dawn il-politiċi, hekk kif huwa viċin il-Ministru Manuel Mallia.

Source : Newsbook


www.forzanazzjonali.com


SOLUZZJONI PROPOSTA MILL-OPPOŻIZZJONI GĦALL-KWISTJONI DWAR ĊAQLIQ TAT-TFAL MINN NURSERY GĦAL OĦRA.

Talba biex il-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Soċjali jiddiskuti l-proposta tal-Oppożizzjoni.

F'isem l-Oppożizzjoni, għadni kemm tlabt b'ittra lill-Onor. Anthony Agius Decelis, Chairman tal-Kumitat tal-Parlament għall-Affarijiet Soċjali, biex ilaqqa' dan il-Kumitat ħalli jiddiskuti proposta li qed nagħmel f'isem l-Oppożizzjoni biex tissolva l-kwistjoni dwar ċaqliq ta' tfal minn nursery sportiva għal oħra.

Din hi kwistjoni li hi kurrenti ħafna u tolqot lill-eluf ta' tfal li jitħarrġu fin-nurseries sportivi, lill-ġenituri tagħhom u lill-għaqdiet sportivi.

Żgur kulħadd jixtieq iġib 'il quddiem l-aħjar interess tat-tfal tagħna u tal-ġenituri tagħhom, kif ukoll is-servizz tant utli li l-għaqdiet sportivi qed jagħtu fl-iżvilupp b'saħħtu tat-tfal u tas-soċjetà tagħna. It-tfal għandhom ikunu trattati bid-dinjità li tixirqilhom, waqt li huma, il-ġenituri tagħhom u l-għaqdiet sportivi għandhom ikunu sħab fl-iżvilupp san tat-tfal u tal-qasam sportiv tagħna.

Għalhekk, għandha tinstab soluzzjoni għas-sistema kif inhi s'issa li qanqlet kwistjoni dwar it-tfal li jkunu f'nurseries u li jkunu jridu jimxu għal waħda oħra. Dawn qed jispiċċaw imblukkati b'mod li jimblokka wkoll il-futur u l-iżvilupp tagħhom.

F'isem l-Oppożizzjoni, qed nipproponi sistema li biha, meta tinqala' xi kwistjoni dwar ċaqliq ta' tfal minn nursery għal oħra, ikun hemm komunikazzjoni miftuħa dwar biex isir attentat ħalli tinstab soluzzjoni fl-assoċjazzjoni nnifisha.

Fejn dan ma jseħħx, għandu jitwaqqaf Bord għall-Appelli tal-Isport (Sports Appeals Board) magħmul minn sportivi ta' portata u esperjenza li janalizzaw is-sitwazzjoni u jiddeċiedu dwar il-każ, ħalli l-każ ikun solvut u ma jibqax imblukkat. Qed nipproponi li dan il-Bord ikun kompost minn tlieta min-nies li jkollhom il-poter isejħu xhieda, jinvestigaw fuq il-post u jaħtru esperti fil-qasam.

Qed nitlob li l-Kumitat Parlemantari jiddiskuti din il-proposta tal-Oppożizzjoni ħalli jkunu jistgħu jissejħu rappreżentati u nies involuti f'dan il-qasam kbir – fosthom ġenituri, nurseries infushom, l-MFA jew l-assoċjazzjonijiet sportivi u nies oħrajn relatati – biex jagħtuna l-expertise tagħhom aħna u nagħmlu diskussjoni dettaljata biex naslu għal soluzzjonijiet xierqa għall-ġid tat-tfal tagħna.

Il-Kumitat Parlamentari jkun jista' jeżamina s-sitwazzjoni preżenti, l-effetti soċjali u fuq is-saħħa tat-tfal, u kif il-proposta tal-Oppożizzjoni tista' taħdem bl-aħjar mod biex tiżblokka din il-kwistjoni.

David Agius
Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Isport ​
10.11.2016

Member of the Maltese Parliament and the Opposition's Whip

David believes that the Opposition are being a constructive, strong and energetic.

Since the opening of the current legislature the Opposition have presented nothing less than 45 motions and private members bills.

As Opposition Whip David have witnessed the majority of this Labour Government reduced from 9 members to 5 members.


On Media

12 April 2017 04 April 2017

In the Media


Gallery

Youths and Sports

David believes that Sports is a life style. Sports is a way of living.
Sports should be an integral part of our culture.

Local Councils

David believes that Local Councils should be given the necessary support to cater for the basic needs of the residents in our localities. We should aim to increase the financial budget of our Local Councils and ensure that in due time more responsibilities are handed over to our Local Councils.