
Grazzi talli għamilt l-ewwel pass biex toħloq ġejjieni aħjar.
Għandna xorti kbira li post sabiħ bħal Malta huwa darna, iżda jekk mhux ħa ssir bidla malajr, se nitilfu kull ħaġa li ħdimna tant għaliha.Għandna aktar flus f’butna, iżda l-prezzijiet qed jogħlew u l-fatt li l-ekonomija tagħna spiċċat fuq il-Lista l-Griża jhedded ix-xogħlijiet, il-pagi u l-investiment.
L-infrastruttura tagħna tjiebet, iżda ppjanar ħażin qed jeqred is-sbuħija ta’ Malta.
Il-kura tas-saħħa tagħna hija mill-aqwa iżda saħħitna hija agħar minn qatt qabel.
Hemm nuqqas serju ta’ investiment fis-settur tal-edukazzjoni u fis-sistema tal-ġustizzja tagħna.
It-taxxi qed jinħlew fuq l-inkompetenza u l-korruzzjoni.
Wasal iż-żmien li niktbu kapitlu ġdid. U wasal iż-żmien li ċ-ċittadini Maltin jiktbu d-destin tagħhom stess.
Merħba f’dar il-bidla. Ninsabu hawn biex immexxu t-triq, iżda rridu nibnu l-viżjoni tagħna bl-ideat tiegħek.
Din hi l-opportunità tiegħek li tkun il-bidla.