Aktar ħidma B'Lealta .. Dejjem għas servizz tieghek

David Agius is a member of the Maltese Parliament and the Opposition's Whip.
Shadow Minister for Local Councils, Youths and Sports.

Youths and Sports

David believes that Sports is a life style. Sports is a way of living.
Sports should be an integral part of our culture.

Local Councils

David believes that Local Councils should be given the necessary support to cater for the basic needs of the residents in our localities. We should aim to increase the financial budget of our Local Councils and ensure that in due time more responsibilities are handed over to our Local Councils.

PN pledges cycling, jogging tracks for Ta’ Qali

PN pledges to install walking/jogging track and a cycling track at Ta' Qali in an attempt to foster a 'sports culture' in Malta

The Nationalist Party has pledged to install a 2.5km walking/jogging track and a cycling track at Ta’ Qali if elected to government.

Opposition whip and sports spokesperson David Agius said that the PN plans to invest in Ta’ Qali and improve it as a sports and a leisure village which will include the two tracks.

He also said that the PN will commit funds for a major programme in sports infrastructure to send a clear message to the public that switching to a healthy lifestyle is easy and accessible.

“The ultimate objective would be to create a proper sports culture in our society, and a future PN government would work closely with the Malta Olympic Committee and sports associations in this direction,” he said.

Such proposals will be included in national sports policy document that the PN will launched in the near future.

Source : Maltatoday


Il-Partit Laburista issa jiċċensura l-artikli fil-fuljetti tal-Kunsilli

Il-Partit Laburista qed jikser l-aktar dritt fundamentali f’soċjetà libera, dak tal-kelma ħielsa, u jerġa’ jdaħħal iċ-ċensura kif ried jagħmel bl-emendi antiliberali għal-liġi tal-istampa

Il-maġġoranza Laburista fil-Kunsill Lokali tal-Imqabba qed tiċċensura artiklu ta’ Kunsillier Nazzjonalista fil-fuljett tal-Kunsill u ddeċidiet li ma tippubblikahx. L-artiklu tal-Kunsillier Nazzjonalista Michel Farrugia jikkritika – kif inhu d-dritt tiegħu – lill-Gvern Laburista li ħassar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’nofs Malta u Għawdex, fosthom fl-Imqabba.

Is-Sindku Laburista Charlene Zammit ġabet din iċ-ċensura għall-vot u magħha vvutaw iż-żewġ Kunsillieri Laburisti Grace Marie Mallia u Anita Farrugia. Il-Kunsillieri Nazzjonalisti Michel Farrugia u Paul Spiteri vvutaw favur id-dritt fundamentali tal-libertà tal-kelma.

Il-fuljetti tal-Kunsilli Lokali huma mħallsin minn flus il-poplu u mhumiex xi proprjetà privata tal-Partit Laburista. Madankollu, il-maġġoranza Laburista fil-Kunsill tal-Imqabba, b’mod antidemokratiku u antiliberali, qed tippretendi li l-fuljett tal-Kunsill sar tal-Partit Laburista biex jiddeċiedi x’jiktbu l-Kunsillieri Nazzjonalisti.

F’kummenti ma’ netnews.com.mt, il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Kunsilli Lokali David Agius qal li d-dritt tal-kelma ħielsa hu dritt mill-aktar fundamentali ta’ kulħadd. L-artiklu in kwistjoni hu dwar l-essenzjali tal-Kunsill: id-demokrazija u l-leġittimità li għandu bżonn bil-vot tar-residenti li ġew imċaħħdin minnhom mill-Gvern Laburista.

Il-Partit Laburista, wara li ried jagħmel emendi antiliberali għal-liġi tal-istampa u qed jabbuża bil-kbir minn flus il-poplu fi propoganda għalih innifsu, issa qed iġib ruħu bi ksur tad-demorkazija, tal-libertà tal-kelma u tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, temm jgħid David Agius.

Source : Net News


Każ Droga Għawdex: “L-ebda MP ma ċaħad li ndaħal”

Il-Whip Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista David Agius saħaq li l-ebda deputat parlamentari ma qal li ma kienx wieħed minn dawk involuti fl-indħil politiku fil-każ ta’ traffikar ta’ droga f’Għawdex.

Il-każ ġie żvelat mill-gazzetta Malta Today nhar il-Ħadd li għadda, li rrappurtat li fis-sajf tal-2014, żewġ Għawdxin kienu ġew arrestati fuq traffikar tad-droga u wara allegat interventi minn uffiċjali politiċi f’kariga għolja, tneħħa r-rapport li fih ammettew l-akkużi.

Dwar il-każ, il-Gvern ħatar inkjesta biex ikunu stabbiliti l-fatti.

Fil-Parlament, David Agius qal li f’daqqa waħda, minflok bi traffikar tad-droga, il-persuna li tressqet il-Qorti ġiet akkużata b’pussess tad-droga.

Staqsa kif il-Prim Ministru jgħid li ma jindaħalx lill-Kummissarju tal-Pulizija dwar l-investigazzjoni tal-każi, u f’dan il-każ ikun il-Prim Ministru nnifsu li jitlob l-inkjesta.

David Agius irrimarka wkoll li ma ngħatatx data meta se tispiċċa l-inkjesta.

Illum, il-Partit Nazzjonalista qal li l-għażla ta’ Frank Testa biex imexxi l-inkjesta, hi konferma li l-Prim Ministru qed jiddefendi lil dawn il-politiċi, hekk kif huwa viċin il-Ministru Manuel Mallia.

Source : Newsbook


SOLUZZJONI PROPOSTA MILL-OPPOŻIZZJONI GĦALL-KWISTJONI DWAR ĊAQLIQ TAT-TFAL MINN NURSERY GĦAL OĦRA.

Talba biex il-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Soċjali jiddiskuti l-proposta tal-Oppożizzjoni.

F'isem l-Oppożizzjoni, għadni kemm tlabt b'ittra lill-Onor. Anthony Agius Decelis, Chairman tal-Kumitat tal-Parlament għall-Affarijiet Soċjali, biex ilaqqa' dan il-Kumitat ħalli jiddiskuti proposta li qed nagħmel f'isem l-Oppożizzjoni biex tissolva l-kwistjoni dwar ċaqliq ta' tfal minn nursery sportiva għal oħra.

Din hi kwistjoni li hi kurrenti ħafna u tolqot lill-eluf ta' tfal li jitħarrġu fin-nurseries sportivi, lill-ġenituri tagħhom u lill-għaqdiet sportivi.

Żgur kulħadd jixtieq iġib 'il quddiem l-aħjar interess tat-tfal tagħna u tal-ġenituri tagħhom, kif ukoll is-servizz tant utli li l-għaqdiet sportivi qed jagħtu fl-iżvilupp b'saħħtu tat-tfal u tas-soċjetà tagħna. It-tfal għandhom ikunu trattati bid-dinjità li tixirqilhom, waqt li huma, il-ġenituri tagħhom u l-għaqdiet sportivi għandhom ikunu sħab fl-iżvilupp san tat-tfal u tal-qasam sportiv tagħna.

Għalhekk, għandha tinstab soluzzjoni għas-sistema kif inhi s'issa li qanqlet kwistjoni dwar it-tfal li jkunu f'nurseries u li jkunu jridu jimxu għal waħda oħra. Dawn qed jispiċċaw imblukkati b'mod li jimblokka wkoll il-futur u l-iżvilupp tagħhom.

F'isem l-Oppożizzjoni, qed nipproponi sistema li biha, meta tinqala' xi kwistjoni dwar ċaqliq ta' tfal minn nursery għal oħra, ikun hemm komunikazzjoni miftuħa dwar biex isir attentat ħalli tinstab soluzzjoni fl-assoċjazzjoni nnifisha.

Fejn dan ma jseħħx, għandu jitwaqqaf Bord għall-Appelli tal-Isport (Sports Appeals Board) magħmul minn sportivi ta' portata u esperjenza li janalizzaw is-sitwazzjoni u jiddeċiedu dwar il-każ, ħalli l-każ ikun solvut u ma jibqax imblukkat. Qed nipproponi li dan il-Bord ikun kompost minn tlieta min-nies li jkollhom il-poter isejħu xhieda, jinvestigaw fuq il-post u jaħtru esperti fil-qasam.

Qed nitlob li l-Kumitat Parlemantari jiddiskuti din il-proposta tal-Oppożizzjoni ħalli jkunu jistgħu jissejħu rappreżentati u nies involuti f'dan il-qasam kbir – fosthom ġenituri, nurseries infushom, l-MFA jew l-assoċjazzjonijiet sportivi u nies oħrajn relatati – biex jagħtuna l-expertise tagħhom aħna u nagħmlu diskussjoni dettaljata biex naslu għal soluzzjonijiet xierqa għall-ġid tat-tfal tagħna.

Il-Kumitat Parlamentari jkun jista' jeżamina s-sitwazzjoni preżenti, l-effetti soċjali u fuq is-saħħa tat-tfal, u kif il-proposta tal-Oppożizzjoni tista' taħdem bl-aħjar mod biex tiżblokka din il-kwistjoni.

David Agius
Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Isport ​
10.11.2016

Member of the Maltese Parliament and the Opposition's Whip

David believes that the Opposition are being a constructive, strong and energetic.

Since the opening of the current legislature the Opposition have presented nothing less than 45 motions and private members bills.

As Opposition Whip David have witnessed the majority of this Labour Government reduced from 9 members to 5 members.


On Radio

12 April 2017 04 April 2017

In the Media


Gallery